Raġel ta’ 59 sena li nhar it-Tlieta ġie arrestat meta uffiċjali tad-Dwana sabulu 25,000 sigarett bil-kuntrabandu f’garaxx il-Fgura weħel sentenza sospiża ta’ ħabs u multa.
Ir-raġel minn Ħaż-Żabbar ammetta li evada t-taxxa li taqbeż is-€6,000.
Kien għalhekk li l-Maġistrat Ian Farrugia ikkundannah għal tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €14,000.