Żewġt żgħażagħ Tuneżini ngħataw sentenza sospiża wara li wieġbu ħatja li ħallew pajjiżna mingħajr passaport.
L-Ispettur tal-Immigrazzjoni Hubert Gerada spjega li l-akkużati rikbu illegalment fuq vapur li kien sejjer lejn Sqallija. Mal-wasla huma ġew irrifjutati li jinżlu l-art u ntbgħatu lura lejn pajjiżna. Dawn intbgħatu lura u ġew arrestati l-Ħamis filgħodu.
Il-Qorti kkundannathom xahar ħabs sospiżi għal sena.