Thomas Bartolo li għandu tletin sena mill-Mellieħa ġie kkundannat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ tlett elef ewro.
Huwa nstab ħati li f’April li għadda kien qed isuq trakk b’mod perikoluż u saħansitra għamel ħsara fuq propjetà u karozzi fil-viċinanzi.
Filmati li kienu ppubblikati wrew lir-raġel isuq it-trakk b’veloċità eċċessiva u kif ukoll deher qed isuq fil-karreġġjata ħażina.
It-trakk eventwalment ħabat f’karozza tal-linja fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa.
Instab li r-raġel kien taħt l-effett tax-xorb jew drogi u kellu wkoll fil-pussess tiegħu, id-droga kokaina.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech skwalifikat lil Bartolo milli jkollu liċenzja tas-sewqan ta’ kull tip għal sitt xhur u saħansitra ordnatu jħallas elfejn u sitt mitt ewro fi spejjeż tal-Qorti.