Ragel ta’ 28 sena ġie kkundannat tnax il-xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li seraq mobile minn stabbiliment f’San Pawl il-Baħar b’valur ta’ €250.
Huwa nqabad minn filmati tac-CCTV li qabduh fil-fatt jisraq il-mobile meta sidu dar iħares lejn id-direzzjoni opposta.
Ir-raġel li kien ilu f’ pajjiżna għal tlett ġimgħat kien lest li jħallas is-somma dovuta lill-vitma, bil-prosekuzzjoni tgħid li huwa kkopera mal-pulizija u għalhekk is-sentenza għandha tkun waħda sospiża.
Il-Qorti ordnat sabiex ir-ragel iħallas is-somma ta’ €250 lill-vittma.