Raġel mill-Etjopja ta’ 27 sena ingħata sentenza sospiża wara li wieġeb mhux ħati li kisser monitor fl-ajruport f’Ġunju li għadda.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel allegatament kisser monitor fl-ajruport hekk kif sar jaf li ma setax jivjaġġa lejn il-Ġermanja biex jiffirma għal operazzjoni għal ibnu.
L-Ispettur Silvio Magro spjega wkoll kif ir-raġel stess mar jirrapporta l-ħsara fl-għassa.
Meta ġie mressaq quddiem il-Qorti d-difiża appellat għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda minħabba li l-imputat m’għandux indirizz fis.
Il-Prosekuzzjoni nnutat ukoll li l-imputat ikkopera mal-awtoritajiet u allura ingħata sentenza ta’ tmien xhur priġunerija sospiżi għal sena, u ġie ordnat ukoll iħallas il-ħsarat li għamel fl-ajruport.