Felix Barbara ġie kkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sitt xhur wara li nstab ħati li nsulta u hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
Il-każ imur lura f’Marzu tal-elfejn u ħmistax meta kien hemm argument ix-xatt ta’ Bormla.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit innutat li l-akkużat talab skuża u minn dakinhar ‘l hawn dejjem ġab ruħu tajjeb.