Raġel ta’ 28 sena li jgħix il-Belt ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammetta li hedded lill-eks tfajla b’sikkina.
Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda, wara li skont l-imputat, l-eks sieħba ma tatux aċċess biex jara lil uliedu.
Il-vittma qalet mal-pulizija li l-imputat beda jċempel il-bieb tad-dar tagħha u beda jheddidha b’sikkina biex jara lit-tfal.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman spjega kif din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat hedded lill-eks sieħba tiegħu.
Barra s-sentenza sospiża, ir-raġel ingħata multa ta’ €200, waqt li ġie ordnat ma jersaqx u jikkomunika mal-eks sieħba.