Majid Javed, Pakistani ta’ 29 sena, ammetta li kmieni s-Sibt filgħodu ħebb għall-eks sieħba tiegħu u għas-sieħeb tagħha u darab gravi lil dan tal-aħħar. Il-każ seħħ fi Triq il-Markiż John Scicluna f’Santa Venera għall-ħabta tas-2:30 ta’ filgħodu.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi, u d-difiża talbet biex il-Qorti tikkunsira l-ammissjoni bikrija u l-fatt li l-ġlieda kienet dwar relazzjoni antika li kellu ma’ waħda mill-vittmi. Id-difiża nnutat ukoll li l-akkużat jixtieq jitlaq minn Malta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar għaliex jaħdem l-Italja.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Matthew Galea stqarret li l-prijorità f’dan il-każ hija li jkunu protetti l-vittmi u talbet biex l-akkużi jiġu emendati u jitnaqqas il-potenzjal ta’ sentenza ħarxa skont il-liġi.
Il-Qorti laqgħet din it-talba u tat sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għall-erba’ snin.