Carlos Gauci ta’ 31 sena minn San Ġwann dabbar sentenza sospiża ta’ ħabs wara li nstab ħati li gidem pulizija.
Huwa ġie akkużat li l-Erbgħa, għal ħabta tal-17.00 kellu xi jgħid mat-tfajla tiegħu u wara li raha tirkeb tal-linja saq għal warajha.
Gauci ġie innutat mill-pulizija qed isuq b’mod perikoluż u kien hawn li gidem uffiċjal minnhom fost kliem ħażin u għajjat.
Filwaqt li l-Maġistrat Aaron Bugeja ssospenda l-liċenzja tas-sewqan ta’ Gauci għal xahar, l-imputat weħel disa’ xhur ħabs sospiżi għal sena.