Francine Cini li toqgħod Marsalforn Għawdex ingħatat tmien xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li għamlet akkużi foloz fuq l-eks sieħeb tagħha.
Quddiem il-Qorti t’Għawdex, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ġie spjegat kif lura fl-2018 Cini marret l-Għassa tar-Rabat Għawdex u gidbet li l-eks sieħeb tagħha kien kissrilha windscreen tal-vettura tagħha. Hawnekk bdiet l-investigazzjoni tal-Pulizija.
Il-mara ġiet akkużata wkoll li għamlet ħsara fuq propjetà tal-eks sieħeb tagħha, iżda l-Qorti ma sabitix ħatja fuq dan.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ikkunsidrat kif l-imputata għad kemm kellha tarbija f’Ottubru li għadda.
Hawnhekk il-Maġistrat Joe Mifsud ħeġġeġ lill-partijiet biex ipoġġu rashom fuq għonqhom u jaraw id-differenzi ta’ bejniethom għall-ġid ta’ wliedhom.
Dan hekk kif jidher li issa ż-żewġ partijiet għandhom relazzjonijiet oħra.