Ingħata sentenza sospiza ta’ sentejn ħabs lil sid il-ħwienet tal-massaġġi wara li fil-Qorti ammetta li kien qed juza dawn il-postijiet li jinsabu fil-Fgura, f’ San Ġiljan, f’Birkirkara kif ukoll fil-Ħamrun bħala burdell għal skopijiet ta’ prostituzzjoni u li kien qiegħed jgħix mill-qligħ li ġe mill-prostituzzjoni.
Jidher li r-raġel kien jimpjega lin-nisa’ li f’dan il-każ kienu erba kolombjani u jħaddimhom bħala persuni li jagħmlu l-massaġġi fejn wara dawn setgħu ukoll joffru servizzi sesswali.
L-avukat ifensur Arthur Azzopardi saħaq li dawn in-nisa ma kienux traffikati imma kienu impjegati u li kienu jaqsmu l-profitt mal-imputat. Fil-qorti ngħad li n-nisa kienu jaqdu 12-il klijent kuljum.