Pierre Erik Michael Hjelm ta’ 33 sena mill-Iżvezja tressaq il-Qorti mixli b’akkużi relatati ma’ frodi. Dan wara li froda l-kumpanija li kien jaħdem magħha l-ammont ta’ €17,700.
L-Ispettur Anthony Scerri spjega kif l-akkużat ammetta mal-pulizija u wera x-xewqa li jrodd lura l-flus li ħa mingħand il-kumpanija.
Fil-Qorti l-akkużat irrifjuta li jkun assistit minn avukat u wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat li deher għall-kumpanija ‘SAFEGATE Ltd’ spjega kif wara li tkellmu mal-akkużat huma qed jitlobu li jkunu mħallsa l-flus lura bi ħlasijiet ta’ mhux inqas minn €1,000 fix-xahar.
Il-Qorti għalhekk tat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin, filwaqt li ordnatu jħallas il-flus lura lill-kumpanija.