Karl Bugeja weħel erbatax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li darab gravi lil Stephen Sultana.
Bugeja ġie akkużat li f’Lulju ta’ tliet snin ilu darab lil Stephen Sultana wara li niżel għalih mill-karozza tiegħu fl-Imsida.
Sultana xehed li dakinhar hu kien se jieħu r-rotta lejn l-iskatepark xħin ġie xi ħadd isuq karozza b’veloċità qawwija u qasam quddiemu.
Huwa spjega li kien hawn li hu teptep id-dawl tal-vettura, u l-vettura ta quddiemu bdiet isuq ‘il quddiem u żammet brake f’daqqa quddiemu f’nofs ta’ triq.
Sultana kompla jgħid li kien f’dan il-punt li l-akkużat ħareġ mill-karozza u ta’ daqqa ta’ ponn u ta’ sieq lil vettura tiegħu.
Sultana xehed li hu u ħiereġ mill-karozza, Bugeja mar fuqu u staqsih jekk kienx teptiplu d-dawl għaliex qabżu.
Sultana xehed li xħin qallu, iva, Bugeja tah żewġ daqqiet u tefgħu mal-art.
Il-Qorti ma sabitx lil Bugeja ħati li saq b’mod perikoluż u traskurat iżda sabitu ħati li darab gravi lil Sultana.
Hija ordnat l-imputat iħallas multa ta’ ħamsa u sebgħin ewro f’kumpens lil Sultana u l-ispejjeż tal-Qorti.