Kroat ta’ 28 sena li joqgħod ir-Rabat Għawdex ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar flimkien ma’ €4,000 multa talli attakka żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Hu ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tal-Imnarja hu hedded u irreżista bi vjolenza lill-uffiċjali fi Triq Taħt Putirjal fir-Rabat, Għawdex.
Hu kien akkużat ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-istess uffiċjali u li kien xurban.
Il-Kroat ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu