Il-Qorti tal-appell tat sentenza sospiza lil Jurgen Zahra ta’ 28 sena miż-Żejtun li kien instab ħati mill-qorti tal-maġistrati wara li attakka tfajla sesswalment.
Il-kaz ġara fis-siegħat bikrin tas-26 ta’ Ġunju tal-2011, meta t-tfajla ungeriza kienet miexja bejn Paċeville u San Ġwann.
Meta t-tfajla kienet miexja fit-triq Birkirkata, Zahra li kien fis-sakra, naqqas il-veloċita tal-karozza u prova jkellem lit-tfajla.
Minkejja lit-tfajla injoratu, Zahra prova jmiss lit-tfajla u qattalha l-ħwejjeġ. Huwa waqqaf x’ħin waqfu xi nies li kienu għaddejjien mit-triq.
F’Ġunju tal-20 huwa kien ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs u multa ta’ €1,150.
Iżda wara li appella mis-sentenza, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tat sentenza sospiża għall-4 snin lill-akkużat, sabiex tagħtih ċans ieħor.