Roderick Zahra ta’ tlieta u tletin sena minn Santa Luċija, ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li ammetta li fix-xhur li għaddew seraq twieqi tal-aluminju u cables tar-ram. Huwa nstab ħati wkoll t’attentat ta’ serqa minn lukanda f’Tal-Ibraġġ.
Minbarra s-sentenza sospiża ta’ ħabs, ir-raġel tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn biex jindirizza l-vizzju tad-droga.