Francesco Loporcaro ta’ 47 sena mill-Italja iżda residenti Raħal Ġdid ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq diversi oġġetti minn żewġ appartamenti f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ it-Tlieta.
Fil-Qorti intqal kif l-akkużat inqabad mill-Pulizija hiereġ mill-blokka tal-appartamenti b’basket mimli bl-oġġetti misruqa, fosthom arloġġ u ġojjellerija.
Fid-dawl li l-akkużat ammetta kmieni u li kkopera mal-Pulizija, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.