Fl-awla tal-Qorti, Anthony Pace, Rabti ta’ 50 sena ammetta l-akkużi miġjuba kontrih li kkaġuna l-mewt ta’ anzjan ta’ 97 sena mir-Rabat. Huwa ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin kif ukoll multa ta’ €4,000.
L-anzjan, Vincenzo Giordamaina tilef ħajtu fis-7 ta’ Mejju 2016 meta kien qed jaqsam minn fuq zebra crossing fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat. Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal fil-Qorti li m’hemm xejn li juri li Pace huwa ta’ theddida għas-soċjetà u li dan l-inċident kien wieħed sfortunat.
Fl-awla tal-Qorti, Pace skuża ruħu mal-familjari tal-vittma u kien dispjaċut għal dak li ġara. Kien dan il-ħsieb wara d-deċiżjoni tal-Qorti li jiġi kkundannat sentejn ħabs sospiżi u multa. Il-liċenżja tas-sewqan ta’ Pace ġiet sospiża għal sitt xhur u ġie ordnat iħallas €2,542 għal spejjeż lill-Qorti.