Franċiż ta’ 29 sena, li kien jgħix il-Gżira, ingħata sentenza ta’ 16-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li wieġeb ħati li kellu l-ħsieb li jiltaqa’ ma’ tifla taħt l-età.
Lura f’Diċembru li għadda r-raġel, Mathieu Hilaire, ħaseb li qed jitkellem ma’ tifla ta’ 12-il sena f’konversazzjonijiet sesswali fuq app fuq il-mowbajl.
Ġara li meta ppjana biex isiefer lejn Londra biex jiltaqa’ magħha f’ħanut tal-ikel, sab l-Aġenzija tal-Offiżi Kriminali ta’ Londra jistennewh l-ajruport.
Sit tal-aħbarijiet irrapporta kif ir-raġel meta induna x’kien ġara, staqsa lill-Pulizija “x’se nirċievi ta’ dak li għamilt?”
L-istess sit irrapporta kif ir-raġel ppjana l-vaganza fi żmien li kien tiela fuq xogħol, tant li bbukkja l-lukanda viċin fejn ħaseb li tgħix it-tifla.
L-Aġenzija spjegat kif l-intenzjoni ta’ Hilaire kienet li jieħu lit-tifla fl-akkomodazzjoni li bbukkja u jabbużaha hemm.
Hilaire kien bagħat messagg lit-tifla fuq l-app fejn wera li qed jibża’ li jintlemah mill-għalliema tat-tifla u li jispiċċa l-ħabs.
Wara li ngħata s-sentenza, hu tpoġġa fuq ordni ta’ ħarsien fejn kawża ta’ hekk jitnaqqasslu l-aċċess għall-internet.