Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, kkundanat raġel ta’ ħamsin sena għall-erba’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn, wara li dan ammetta li ħebb għal martu u darabha ħafif kif juri ċ-ċertifikat taċ-Ċentru għas-Saħħa tal-Mosta.
Il-każ seħħ fit-8 ta’ Settembru f’residenza privata fi Triq Leli Falzon fin-Naxxar.
Ir-raġel tressaq taħt l-akkużi li darab lill-martu, kkawżala ġrieħi ħfief, heddidha u insulentha kif ukoll prova jħassrilha ġieħha.
Il-Qorti kkunsidrat li r-reat seħħ f’ambjent domestiku, li r-raġel għandu kondotta nadifa, ikkopera mal-Pulizija kif ukoll ammetta mal-ewwel.
Il-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni fuq il-mara għal perjodu ta’ sentejn.