Franċiż u Portugiż, it-tnejn ta’ wieħed u għoxrin sena li ġew Malta fuq btala, ammettew li kkaġunaw ġrieħi ħfief fuq persuna wara li ġew fl-idejn f’Paceville matul il-lejl li għadda.
Fil-Qorti dalgħodu, l-Ispettur Zachary Zammit qal li waqt l-investigazzjonijiet, iż-żewġ barranin ikkoperaw bis-sħiħ mal-Pulizija u jirriżulta li l-ġrieħi gravi li sofriet il-vittma kienu magħmula minn persuni oħra.
Dan għaliex l-akkużati kkaġunaw ġrieħi ħfief lill-persuna u lesti jixhdu kontra irġiel oħrajn li allegatament attakkaw lill-vittma.
Id-difiża saħqet li ż-żewġ barranin riedu li jwaqqfu l-ġlieda.
Iż-żgħażagħ ġew ikkundanati disa’ xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar kull wieħed.