Żewġ studenti Ċeki weħlu ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tletin xahar wara li ammettew li tul il-lejl ivvandaliżżaw diversi partijiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Madanakollu ċ-Ċeki ma ntalbux iħallsu għall-ħsarat li kkawżaw peress li l-ajruport ma kkwantifikax kemm jitilgħu l-ispejjeż.
Martin Bohm u Jan Olt ta’ ħamsa u għoxrin u sebgħa u għoxrin sena rispettivment kienu fl-ajruport jisttennew qabel jaqbdu titjira, meta inqabdu mill-kameras tas-sigurta jħażżu fuq l-għamara u l-ħitan.
Fid-dawl li l-istudenti qalu li huma fqar, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech weħlithom sentenza sospiża u avzathom ma jerġawx jikkummidjaw.