Raġel ta’ 63 sena tpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni filwaqt li ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li wettaq numru ta’ serqiet li jmorru lura għal Settembru tas-sena li għaddiet.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-Ispettur Ritienne Gauci qalet li r-raġel, minn Marsaskala, seraq kompressur tal-arja, dgħajsa u għodda relatata mal-biedja fost oħrajn.
Id-difiża, f’isem l-imputat, ammettiet l-akkużi u ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li r-raġel isofri minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali.
B’hekk, fid-dawl tal-ammissjoni tiegħu, il-Qorti kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin filwaqt li ordnat li jitpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni għal 4 snin.