Etjopjan ta’ sitta u erbgħin sena ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tmintax-il xahar u multa ta’ erbgħa u għoxrin elf u seba’ mitt ewro.
Dan wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, iġifieri li kellu fil-pussess tiegħu ’il fuq minn tnejn u erbgħin elf u ħames mitt sigarett ta’ diversi ditti, u kilo u nofs tabakk tax-Shisha, tal-kuntrabandu.
Oġġetti li fuqhom ma tħallsux it-taxxi u d-dazju meħtieġa bil-liġi. Oġġetti b’valur ta’ Dazju ta’ kważi sebat elef u ħames mitt ewro, u Dazju tal-Importazzjoni u VAT ta’ seba’ mija u erbgħin ewro, u elf u seba’ mitt ewro rispettivament.
Fis-sentenza tagħha il-Qorti kkunsidrat li r-raġel, Tesfaye Yirgu Zekarge, ammetta l-ħtija tiegħu fi stat bikri, li għandu rekord kriminali nadif, u li kkopera mal-awtoritajiet f’investigazzjonjiet għal offiżi simili.
Lil hinn minn dan il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska kollha tal-imsemmija oġġetti tal-kuntrabandu.