Fil-Qorti, Lugman Ibrahim Benrmadan wieġeb ħati li kkawża ġrieħi lil raġel kif ukoll li kiser il-paċi pubblika f’inċident li seħħ fi tmiem il-ġimgħa, għall-ħabta tal-4:00 ta’ filgħodu tas-Sibt, quddiem stabbiliment tal-ikel f’Paceville.
Xhieda sostniet li l-akkużat weġġa’ sewwa lill-vitma tant li beda nieżel id-demm minn għajnejh.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadia-Helen Vella, sabet lil Benrmadan ħati u kkundannatu 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, waqt li mmultatu €800. Minbarra hekk ħarġet ordni ta’ trażżin għal sitt snin.