Shawn Tong ta’ tnejn u tletin sena mill-Mosta ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena flimkien ma’ multa t’erbat elef ewro wara li ammetta li kkawża ġrieħi fuq uffiċċjal ta’ Transport Malta s-Sibt filgħaxija.
Jidher li l-akkużat kien qed jagħmel xi xogħolijiet tat-triq fil-bypass tal-Imrieħel, meta nnota li l-uffiċċjal ta’ Transport Malta li suppost kien qiegħed fuq is-sit, ma kienx jidher. Tong ċempel lis-superjuri tiegħu li nforma lill-uffiċjal li kien qiegħed fuq is-sit iżda f’karozza.
Hawn inqala’ argument verbali, u l-akkużat qabad barrikata tat-triq, u użaha biex jagħti daqqa f’ras l-uffiċċjal qabel ma kompla jagħtih bis-sieq.
Jidher ukoll li xi ħadd ġibed filmat tal-argument minn ġo karozza.
Ritratt: ONE/MDT Facebook Page