Yulee Chekalarov ta’ 55 sena mill-Bulgarija ngħata sentenza sospiża u multa ta’ €15,000 wara li nstab ħati ta’ frodi.
Hu ġie mixli li fl-2018 uża apparat li jaċċessa informazzjoni minn kompjuters, biex jiffroda persuni oħra. Fil-Qorti nstema’ kif dan l-apparat twaħħal ma’ ATM li tinsab f’Paceville.
Il-Bulgaru kien wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi, iżda fi Frar biddel l-ammissjoni tiegħu. Il-Maġistrat Nadine Lia stqarret li din il-bidla fl-ammissjoni se sservi favur l-imputat.
Il-Prosekuzzjoni ma nsistietx fuq sentenza ta’ priġunerija effettiva, iżda appellat għal multa li tirrifletti s-serjetà tar-reat.