Tork ta’ 34 sena li jgħix Ħal Luqa ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li ħaraq karozza tal-għamla BMW fi Triq Clarence l-Imsida.
It-Tork li jaħdem bħala manager f’ħanut, ammetta li fi sbieħ is-26 ta’ Frar li għadda, ta n-nar lil karozza ta’ Tork ieħor.
Fuq il-post issejħu l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien madankollu l-karozza laħqet inqerdet għal kollox.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnatlu jħallas lil sid il-karozza €14,000.
Il-każ kien investigat mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Jonathan Ransley.