Darko Stojanovic ta’ tlieta u għoxrin sena mis-Serbja u Michal Lukasz ta’ tmienja u tletin sena mill-Polonja kienu kkundannati sena ħabs sospiżi għal tliet snin wara li wieġbu ħatja li ppruvaw jisirqu minn appartament f’Birkirkara.
L-attentat kien twaqqaf mis-sid tal-propjetà stess u l-pulizija kienet arrestat lill-koppja f’ħanut f’Birkirkara wara li kienu traċċati permezz ta’ filmati tas-sigurtà.
Fil-Qorti ħareġ li l-irġiel ma jaħdmux u m’għandhomx saqaf fuq rashom u l-Maġistrat Astrid May Grima wissiethom li jekk jikkommettu reat fit-tliet snin li ġejjin jistgħu jeħlu sentenza ta’ ħabs.