Żewġ bouncers ta’ nazzjonalità barranija ngħataw sentenza sospiża wara li nstabu ħatja li darbu żewġt irġiel waqt argument f’Paceville.
Miroslav Sasic li huwa Kroat u Nicolae Dobra ta’ nazzjonalità Rumena, nstabu ħatja li fl-24 ta’ Frar tas-sena 2016 darbu gravi lil Nicholas Aquilina u ferew ħafif lil Larkin Stafrace waqt li kienu qed jaħdmu bħala bouncers fi klabb f’Paceville.
Wara li l-akkużati ammettaw, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kkundannat lil Miroslav Sasic sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u 22 xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin lil Nicolae Dobra.