Dillion Portelli ta’ 21 sena weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kkawża ġrieħi gravi f’ras sewwieq ieħor.
Fil-Qorti nstema’ kif tliet xhur ilu nqala’ argument fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa wara li wieħed minnhom akkuża lil ieħor li kien tefa’ xi ilma lejn il-karozzi.
Kien spjegat kif it-tnejn iġġieldu u Portelli ta daqqa ta’ lembuba f’ras il-vittma bil-konsegwenza li kkaġunalu ġrieħi gravi f’rasu, l-akkużat ħarab mill-post ftit wara.
Aktar tard huwa nqabad mill-Pulizija.
Iż-żagħżugħ li qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u għaldqastant il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament u garanzija ta’ erba’ snin biex ma jersaqx lejn il-vittma.