Justin Mallia, żagħżugħ ta’ dsatax–il sena li ammetta li seraq apparat elettroniku minn ħanut f’Tas-Sliema, ingħata s-sentenza ta’ seba’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn.
Fil-Qorti ħareġ kif il-vizzju tad-droga tal-akkużat kien dak li wasslu biex jisraq.
Minbarra s-sentenza sospiża, il-Qorti ordnat li ż-żagħżugħ isegwi programm ta’ kura mill-vizzju tad-droga.
Sieħbu li kien kompliċi miegħu fis-serqa kien weħed tnax –il xahar ħabs f’Jannar li għadda.