Ryan Agius ta’ erbgħa u għoxrin sena, Jake Fenech ta’ wieħed u għoxrin sena u Joshua Alexander Taliana ta’ għoxrin sena, ingħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li fil-Qorti ammettew li darbu b’mod gravi żagħżugħ ieħor, wara li tawh xebgħa.
Il-każ seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħaxija, fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.
It-tliet akkużati, ammettew li mingħajr il-ħsieb li joqtlu u li jqiegħdu ħajjet iż-żagħżugħ fil-periklu, huma sawwtuh.
Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, ikkunsidrat l-kondotta nadifa tal-imputati.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-imputati, sabiex ma jersqux lejn il-vittma għal ħames snin.