Vittorio Di Teodoro, Taljan ta’ 21 sena ngħata sentenza sospiza wara li ġie mixli li seraq mutur.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, l-akkużat, li jgħix Tas-Sliema u li huwa promoter, wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih.
Qabel ma ngħatat is-sentenza, l-Avukat tal-akkużat Mariah Mula sostniet li l-Maġistrat għandha tikkunsidra l-età tal-akkużat u l-fatt li l-akkużat ikkolabora mal-Pulizija. Hija talbet li s-sentenza ma tkunx waħda ta’ priġunerija, u tagħtih is-sentenza minima li toħroġ mill-kostituzzjoni.
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qablet li l-akkużat ma jingħatax sentenza ta’ ħabs.
Wara li semmgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Maġistrat Lara Lanfranco ikkundannat liż-żgħażugħ Taljan 18-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin.