Ġermaniż li għandu 33 sena u li joqgħod il-Gżira kien ikkundannat tmintax -il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li wieġeb ħati għal akkużi li xerred materjal pornografiku tal-eks sieħba tiegħu.
Fil-Qorti ġie rrakkontat mill-prosekuzzjoni li d-Domestic Violence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija rċieva rapport fejn intqal li l-akkużat xerred filmat li dehru xeni ta’ nuditá.
Fir-rigward ta’ piena, il-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti sabiex tikkunsidra l-fedina penali nadifa tazza tal-imputat u l-ammissjoni bikrija li rreġistra quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca.
Intant, id-difiża qalet li l-att hu li hu pero t-tixrid tal-vidjow kien wieħed minimu li b’kollox laħħaq żewġ persuni u mhux lill-pubbliku inġenerali.
Wara li semgħet l-argumenti tal-partijiet, il-Qorti ddeċidiet fuq sentenza sospiża filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
Il-Maġistrat Mercieca spjegat li jekk dan l-ordni ta’ protezzjoni jinkiser, l-imputat ikollu jħallas multa ta’ ħamest elef ewro.