Raġel ta’ 58 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u mmultat €1,000 wara li nstab ħati li tefa’ l-kelb tiegħu f’bir bl-ilma b’konsegwenza li kkaġunalu tbatija mingħajr bżonn.
Fl-ewwel smigħ tal-kawża Eugenio Galea wieġeb li mhux ħati iżda iktar tard ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.