Alexander Gochev, raġel ta’ 31 sena mill-Maċedonja u li jgħix f’Malta, weħel seba’ xhur ħabs sospiża għal sena, wara li nstab ħati li daħal f’appartament f’San Pawl il-Baħar bit-tir li jisraq.
Dan ġara t-Tnejn li għadda, waqt li r-raġel inqabad jisraq minn sid l-appartament u kienet hi stess li nfurmat lill-pulizija b’dan.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, ir-raġel tenna li hu lest li jħallas il-ħsarat li għamel lil sid l-appartament.
Fil-Qorti l-prosekuzzjoni semmiet ukoll li tul l-interrogazzjoni, ir-raġel ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija.