Ukren li għandu 43 sena u joqgħod l-Irlanda ttella’ l-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq martu filwaqt li kkawzalha biża li tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħha.
Hu kien akkużat ukoll li hedded terza persuna u li rreżisti bi vjolenza lil ħames uffiċjali tal-Pulizija filwaqt li offendihom.
Huwa mifhum li r-raġel kien xurban meta ta daqqiet ta’ ħarta lil martu waqt li kienu f’Malta għal btala.
Ir-raġel ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkundannatu għal sentejn priġunerija sospiżi għal 4 snin u multa erbat elef ewro li trid titħallas fi żmien sitt xhur.