Raġel li nstab ħati ta’ ħasil ta’ flus ġejjin minn frodi diġitali ingħata sentenza sospiża u ġie ordnat iħallas lura dak li seraq mill-vittma ta’ din il-frodi.
Ir-raġel ta’ 35 sena kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ ħasil ta’ flus u li gawda minn fondi ġejjin minn attività kriminali, iżda wara, dan ammetta.
Il-Qorti nnutat li l-imputat kellu kondotta nadifa u għalhekk ingħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin u jrid irodd €4,000 lill-vittma fi żmien sitt xhur.
L-assi kollha tal-imputat ġew ikkonfiskati.