Godwin Micallef ta’ 43 sena li jaħdem bħala maniġer ta’ diskoteka ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li darab gravi żagħżugħ ta’ 20 sena quddiem stabbiliment tad-divertiment f’Paceville.
Il-każ seħħ fi Frar ta’ tliet snin ilu meta l-akkużat flimkien ma’ Miroslav Sasic ta’ wieħed u tletin sena u Nicolae Dobra ta’ sebgħa u għoxrin, żewġ uffiċjali tas-sigurtà, taw xebgħa liż-żagħżugħ waqt ġlieda li fiha kien involuti wkoll diversi persuni oħra.
Dwar dan il-każ, il-Qorti ordnat ukoll lill-pulizija biex tfittex lil Mihailo Manic magħruf ukoll bħala Viliko Blesa Stopalo u tixlih b’akkużi simili.