Angelo Vella ta’ tnejn u sittin sena minn Ħaż-Żabbar, wieħed miż-żewġ kummissjonanti tal-funerali, li fi Frar illi għadda kienu akkużati li xaħħmu lil care worker biex itihom informazzjoni meta persuna tmut fl-isptar, ammetta l-akkużi u kien ikkundannat għoxrin xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Angelo Vella wieġeb li ħati li fi Frar li għadda u fis-snin ta’ qabel, ikkorrompa lil care worker.
Dwar dan il-każ hemm ukoll akkużati wkoll il-kummissjonant l-ieħor tal-funerali, Mario Lia ta’ sebgħa u ħamsin sena u Anthony Mercieca li għandu disgħa sena.
Waqt li Lia huwa akkużat li xaħħam lil Mercieca biex jgħaddilhom informazzjoni, Mercieca qed ikun akkużat li xxaħħam, għadda informazzjoni personali ta’ persuni mingħajr awtorizazzjoni u li sar riċediv.