Luisa Fernanda Diosa Cardona, Kolombjana ta’ 29 sena kienet ikkundannata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena.
Fil-Qorti hi ġiet mixlija li għamlet użu minn dokument falz u li għamlet dikjarazzjoni falza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-bank tal-akkużati, l-imputata dehret emozzjonata u saħansitra bdiet tibki. Kien hawnhekk li t-traduttriċi u l-avukat tal-għajnuna legali Joe Bonnici ħegguha sabiex tikkalma.
L-akkużata wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha fil-Qorti.