Raġel Franċiż ta’ sittin sena li m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna, ingħata senza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal tmintax-il xahar.
Dan wara li f’Jum l-Indipendenza tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli akkużat li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mingħajr liċenzja u li pprova jesporta arma tan-nar minn Malta.
L-Ispettur Lara Butters spjegat kif l-akkużat ikkopera mal-Pulizija u li l-Pulizija kkonfiskaw l-armi li ġew preżentati fil-Qorti.
Filwaqt li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, l-akkużat qal li xtara l-armi minn Spanja u ġie Malta bihom minħabba li Spanja għandhom proċeduri differenti dwar il-liċenzjar tal-armi, u ħaseb li f’Malta hawn l-istess proċeduri.
L-anzjan qal li kien sejjer lura pajjiżu ħdejn ibnu għax jinsab marid l-isptar, u se jħalli pajjiżna llejla.