Il-qorti tal-appell bidlet sentenza ta’ priġunerija għal sentenza sospiża li ngħatat fil-konfront ta’ Nicole Micallef ta’ 21 sena mill-Imsida.
Micallef ġie arrestata fi 19 ta’ Mejju 2017 u tressqet il-qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga.
Il-Qorti tal-Maġistrati kkundanat sena ħabs lit-tfajla.
Hija appellat mis-sentenza, bl-Imħallef Aaron Bugeja sab lit-tfajla ħatja u taha sentenza sospiża u ordna li titpoġġa taħt supervision order.
Għat-tfajla dehru l-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila.