Fatih Pancar li kien instab ħati ta’ qtil involontarju inbidlitlu s-sentenza minn 32 xahar priġunerija għal sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.
Il-każ seħħ f’Mejju ta’ 3 snin ilu meta Pancar tajjar lil Rodwan Aghil, tifel Libjan ta’ 10 snin f’Saint Andrews.
Fis-sentenza tagħha l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li kemm dawk mixjin kif ukoll dawk li jsuqu għandhom l-obbligu li ma jikkawżawx inċidenti. Dan għaliex f’dan il-każ partikolari ħareġ li minkejja li l-akkużat kien qed isuq b’veloċita eċċessiva, t-tifel ma’ kienx qasam it-triq kif suppost minn ħdejn id-dwal tat-traffiku.
Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti bidlet is-sentenza oriġinali għal waħda ta’ sentenza sospiża u annullat id-deċiżjoni li tiġi kkonfiskata l-vettura tal-akkużat; iżda kkonfermat is-sospensjoni ta’ erba’ snin tal-liċenzja tas-sewqan.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2017/10/31/32-xahar-habs-talli-tajjar-u-qatel-tifel-t10-snin-fis-swieqi/