Darryl Debono, żagħżugħ t’24 sena li sitt snin ilu darab gravi lil sieħbu waqt ġlieda f’Paceville, kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-każ seħħ f’Settembru tal-2010, bil-vittma kien sofra ksur fil-warda ta’ wiċċu u ferita serja f’għajnejh – tant li kien ġie operat. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti nnotat li l-karatteristiċi tal-feriti kienu kompatibbli mad-daqqiet vjolenti li sofra l-vittma.
Hi u tagħti s-sentenza, il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat ma kellux rekord kriminali, u meta wettaq ir-reat kellu tmintax –il sena. Għaldaqstant, il-Qorti ddeċidiet kontra sentenza ta’ ħabs effettiva, u kkundannat lill-imputat sentenza sospiża.