Frodist li diġa qiegħed jiskonta sentenza ħabs, nstab ħati li disa’ snin ilu froda €3000 minn kumpanija.
Duncan Buttiġieġ, Għaxqi ta’ 34 sena ammetta’ l-akkużi li nġiebu kontrih wara li deher il-Qorti akkużat li bejn Mejju u Awwissu tal-2009 froda kumpanija b’ negozju ta’ tabakk, inbejjed u spirti.
Buttiġieġ ġie akkużat b’ miżaproprjazzjoni, frodi u falzifikazjoni u użu ta’ dokumenti u passwords tal-kompjuters. Fid-dawl tal-fatt li l-imputat qed jiskonta sentenza fuq każ simili, hu ġie akkużat wkoll li kien reċidiv.
Matul is-snin, l-imputat kellhu serje ta’ każi simili tant li lura fl-2005 dan ingħata libertà proviżorja għal 3 snin wara li għamilha ta’ tabib. Għaxar snin wara, l-istess Buttiġieġ ġie mibgħut disa’ snin ħabs wara li froda iktar minn mitt persuna li ħallsuħ biex jimporta diversi karozzi mill-Ingilterra f’ isimhom.
Wara li osservat il-kundanni li kien diġa qed iġorr Buttiġieġ, Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannat lil akkużat għal 11-il xahar ħabs effettiv.