Raġel ta’ 28 sena miż-Żebbuġ Għawdex ġie kkundannat tnax-il xahar ħabs sospiżi għal sena, filwaqt li ġie ordnat ukoll iħallas multa ta’ €4,000 wara li nstab ħati li rreżista l-arrest fost oħrajn.
Huwa tressaq il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Bridgitte Sultana lbieraħ akkużat li nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta 09.45 filgħaxija waqt li kien fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex, hedded, irreżista l-arrest, attakka u weġġa’ ħafif Surġent u żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kokaina, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.