Somalu, li seraq mobile u kkawza danni li ammontaw għall-tlett mija u sebgħin ewro nstab ħati ta’ serq aggravat u weħel sena ħabs sospiżi għal sentejn.
It-Tnejn li għadda s-Somalu ġibet l-attenzjoni fil-qorti hekk kif kien abbandunat mill-avukat tiegħu u kellhom ikunu żewġ avukati li offrew minn jheddhom l-assistenza legali tagħhom.
Fid-dawl li s-Somalu huwa pazjent fl-Isptar Monte Carmeli wara li pprova jikkommetta suwiċidju, il-maġistrat stenna l-psikjatra jikkonferma li r-raġel kien fi stat mentali san biżżejjed biex jipparteċipa fis-smiegħ tal-każ. Il-Qorti ħarġitlu wkoll ordni ta’ trattament biex ma jkunx ta’ theddida għal saħħtu.