Iktar minn 24 xahar wara li spiċċaw minn Kummissarji Ewropew 16-il membru ta’ dik li kienet il-Kummissjoni Barroso għadhom qed idaħħlu minn tal-inqas €8,333 fix-xahar kull wieħed. Dan skont rapport fil-gazzetta Ġermaniża Die Zeit li tgħid li fosthom hemm l-eks Kummissarju Ewropew Malti, Tonio Borg.
Il-ħsieb oriġinali wara dawn il-pagamenti kien li jevitaw kunflitt ta’ interess. Biex ebda Kummissarju ma jidħol f’xi impjieg immedjat li jsita’ joħloq kunflitt mal-kariga li jkun għadu kif okkupa. Iżda, ħafna mill-Kummissarji li qed jieħdu dan il-ħlas ta’ tranżizzjoni qegħdin jaħdmu fl-industrija, bħala ‘lobbyists’, manafers jew inkella f’karigi politiċi.
Il-lista sħiħa ta’ dawk li għandhom jieħdu l-ħlas hi:
Joaquín Almunia Amann, Spanja
László Andor, Ungerija
Tonio Borg, Malta
Dacian Cioloș, Rumanija
Maria Damanaki, Greċja
Karel De Gucht, Belġju
Jacek Dominik, Polonja
Štefan Füle, Repubblika Ċeka
Connie Hedegaard, Danimarka
Siim Kallas, Estonja
Janusz Lewandowski, Polonja
Ferdinando Nelli Feroci, Italja
Andris Piebalgs, Latvja
Janez Potočnik, Slovenja
Algirdas Šemeta, Litwanja
Androulla Vassiliou, Ċipru